Ċempilli fuq +356 99900022 jew ibgħatli email hawn kuntatt@annabellecilia.com
Annabelle hija kandidata ġdida għall-Elezzjoni Ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista. Omm żgħażugħa minn u li tgħix Ħal-Qormi. Miżżewġa lil Ian fejn flimkien, huma ġenituri taċ-ċkejkna Pippa. Gradwat fl-Istudji Ewropej u llum il-ġurnata taħdem fis-settur tal-iGaming. Dan l-aħħar ġiet eletta President tas-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista wara diversi snin attiva fil-PN bħala voluntiera fl-ELCOM. Bill-Komunità fil-qalba ta’ dak li tagħmel.
Omm, Qormija u mara li temmen f’futur aħjar għal kulħadd.
Għax nisma’ ħafna u nixtieq nara aktar soluzzjonijiet.
Spiża tal-għajxien, żgħażagħ li jħossuhom minsija… u komunitajiet li tilfu l-vuċi tagħhom.
Onestà. U ħidma li tħoss, mhux tisma’ biss.
Determinata.
Nixtieq nisma' mingħandek!
Jiena hawn biex inwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek u nisma' s-suġġerimenti li għandek.
Filwaqt li jekk inti interessat/a tifforma parti mit-tim tiegħi, ikkuntattjani ukoll permezz tal-formola li hawn taħt.